Ta’ 106 snin ma jonqosx milli jimpressjona

    Saret tradizzjoni annwali għal Jack Reynolds, raġel ta’ 106 sena biex kull sena f’għeluq sninu jikser it-titlu tal-Guinness World Records. Huwa diġà għandu t-titlu tal-iktar presuma anzjana li għamlet tatwaġġ u l-persuna anzjana li jitla’ fuq rollercoaster. 

    Din is-sena huía kien determinant li jkun l-aktar persuna anzjana li jirkeb iz-zip line.

    Mistoqsi kif ħassu meta għamel iż-zip lipe huwa qal huwa stqarr li kienet esperjenza totalment differenti meta mqabbel mat-tatwaġġ tiegħu u r-rekord tar-rollercoaster.

    L-avukat tal-Guinness World Records, Mark McKinley kien preżenti biex jippreżenta lil Jack b'ċertifikat.

    "Dan huwa t-tielet sena li qed nqattgħu miegħek u dan huwa l-iktar wieħed impressjonanti", qal l-avukat lil Jack. "Int qatt ma tonqos milli timpressjona."