Honeymoon jispiċċa l-isptar!

    Magdalena Czarnecka u Michael Wangrat, koppja mill-Polonja, kienu għadhom kemm bdew l-avventura tal-honeymoon tagħhom ix-xahar li għadda meta seħħet xi ħaġa li żgur ma kienux qed jistennew. 

    Fl-20 ta’ Mejju, Czarnecka, tfajla ta’ 29 sena, u l-kuġin tagħha, Marek Paleski, kienu qed jesploraw il-Park Nazzjonali Denali meta waqgħu madwar 1,000 pied minn xifer għoli, skont l-Anchorage Daily News. Hi baqgħet ħajja li fi kliem tar-raġel tagħha Wangrat sejjaħ dan l-inċident bħala "miraklu", iżda ġarrbet diversi ġrieħi bħala riżultat tal-waqgħa.

    “Suppost kellu jkun il-vjaġġ ta' ħajjitna,” Wangrat, raġel ta’ 34, “u minflok dan, ninsabu fl-isptar".

    Il-koppja qalet fuq il-paġna ta' Facebook tagħhom li Czarnecka soffriet żewġ għadam u tliet snien miksura. Fil-fatt, hi kellha tagħmel kirurġija ta' erba' sigħat biex tgħaqqad l-għadam fl-għonq tagħha u tinstalla pjanċa fil-kranju.