Luka Modric… it-tifel refuġjat li kien mistħi wisq biex jilgħab il-futbol

    Plejer li spikka f’din it-tazza tad-dinja hu Luka Modric. Plejer li wera xi jsarraf b’mod partikolari fis-snin ta’ qabel ma’ Real Madrid.

    Forsi ftit jafu l-istorja umana tiegħu. Storja iebsa fejn ta’ sitt snin qatlulu lil nannuh meta sparawlu. Familtu saret refuġjata f’żona ta’ gwerra.  Hu kiber qalb il-ħsejjes tal-bombi u l-grenades.  Fis-snin ta’ wara l-kowċis li kellu ddeskrivewh bħala tifel mistħi wisq u anke dgħajjef biex jilgħab il-futbol. 

    Il-Ħadd hu se jkun qed imexxi lill-Kroazja fil-finali ta’ din il-kompetizzjoni.