Il-FIFA kontra s-sessiżmu… tgħid li għandhom jonqsu l-immaġini ta’ nisa attraenti waqt xandiriet diretti

    Il-FIFA se tkun qiegħda titlob biex jonqsu l-immaġini ta’ spettaturi attraenti waqt ix-xandir ta’ partiti, liema immaġini qegħdin ikunu meqjusin bħala sessisti.

    Dan kien iddikjarat mill-kap tad-dipartiment responsabbli mill-affarijiet soċjali tal-FIFA Federico Addiechi.

    Addiechi nnota li waqt din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fir-Russja, il-każijiet ta’ sessiżmu kienu aktar minn dawk li jinkludu razziżmu. Żied jirrimarka dwar każijiet ta’ fastidju li partitarji taw lil persuni li kienu qegħdin jagħtu servizz fosthom ġurnalista partikolari.

    Filwaqt li tkellmet dwar titjib fix-xandir tal-kompetizzjoni, il-FIFA żiedet li dawn huma evoluzjonijiet normali u fakkret li din mhix l-ewwel darba li l-FIFA ġibdet l-attenzjoni ta’ dawk inkarigati mix-xandir.