ARA: Kont taf li mhux tilqa' tajjeb kontra n-nemus? Din is-sena jaf tkun l-aktar sena kiefra għall-mard trażmess mill-gdim tan-nemus

    Filmat xokkanti maħdum minn mill-Univeristà ta’ Melbourne fl-Awstralja juri l-mod ta’ kif in-nemus jipprova jersaq lejn il-ġisem uman.

    Skont rapport uffiċjali, din is-sena hija mistennija tkun l-aktar sena kiefra fejn jidħol mard trażmess minn gdim tan-nemus, fosthom il-virus ZIKA, West Nile virus u dengue, aktar meqjus bħala riħ, li kollha jitqiesu bħala theddida għall-ħajja ta’ dawk infettati.

    Bosta huma dawk li jagħtu kas ta’ dawn l-figuri u għalhekk jieħdu ħsieb li jipproteġu lilhom infushom minn dan il-gdim perikoluż.

    Skont il-Professur tal-bijoloġija, Immo Hansen wettaq diversi studji dwar is-sigurtà u l-effiċjenza tar-repellanti.

    Huwa tkellem dwar l-importanza li wieħed japplika tali prodotti bil-frekwenza ta’ kemm hu b’saħtu l-prodott.

    Rigward prodotti li ma jaħdmux il-professur qal li ‘Sonic Devices’, maħsubin li jbiegħdu lin-nemus mhux biss ma jaqdux din il-funzjoni, iżda saħansitra jaslu jattiraw aktar nemus. Rigward ċpiepet tal-idejn b’ċertu żjut li wkoll huma maħsubin li jaqdu din il-funzjoni, huwa qal li dawn normalment kapaċi biss joffru riħa pjaċevoli.

    Professjonisti oħrajn tkellmu dwar ilbies li għandu jintlibes biex inaqqas ir-riskju tal-gdim tan-nemus u qalu li għandu jiġi evitat materjal li bejn il-ħjata jagħti lok għal gdim tan-nemus.

    Tajjeb li wieħed ikun jaf li n-nemus huwa attirat aktar mill-irwejjaħ milli mill-kuluri, dawk li jilbsu jeans, leggings u lbies skur ikunu qegħdin ipoġġu lilhom infushom f’aktar riskju. Fejn jidħlu qliezet, is-suġġeriment hu li l-individwu għandu jilbes il-kalzetti minn fuq il-qalziet għax meta dawn jintlibsu bil-kontra n-nemus xorta jsib lok minfejn jidħol jagħmel żjara xejn mixtieqa.