Il-futur ta' Roberto Martinez inċert

    Il-futur tal-coach Belġjan Roberto Martinez għadu mhux magħruf wara t-telfa xejn mistennija fis-semi-finali kontra Franza bl-iskor ta’ 1-0. Fil-konferenza stampa ta’ wara l-partita, Martinez irrifjuta li jagħti dettalji dwar x’ser jiġri minnu wara din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

    Il-Belġju għad iridu jilagħbu l-finali għat-tielet post kontra l-Ingilterra li se tintlagħab  f’St Petersburg Stadium.

    Il-coach minn Spanja qal li għadu kmieni wisq sabiex jagħti dettalji jew inkella jesprimi l-ħsibijiet tiegħu dwar il-futur u sostna li bħalissa qed jiffoka fuq il-logħba ta’ nhar is-Sibt ħalli għal-linqas jispiċċaw fit-tielet post ta’ din l-edizzjoni li hu xorta ddeskriviha bħala pożittiva.