Yuri Zhrikov jirtira mix-xena internazzjonali

    Il-player Russu ta’ nofs il-ground Yuri Zhirkov irtira mix-xena tal-football internazzjonali hekk kif ġie kkwotat jgħid illi m’għadx fadallu biżżejjed enerġija biex jilgħab dak il-livell ta’ football.

    Zhirkov, li lagħab 87 logħba għal pajjiżu, kellu sehem kbir fil-wirja denja li taw ir-Russja f’din it-Tazza tad-Dinja meta waslu sal-kwarti tal-finali u kellhom ikunu l-għoti tal-penalties kontra l-Kroazja li ddeterminawlhom l-eliminazzjoni tagħhom.

    Zhirkov qal li f’dawn l-aħħar jiem żviluppatlu injury iżda minkejja kollox baqa’ jilgħab u jagħti l-almu tiegħu għal pajjiżu.

    Huwa temm jgħid li jinsab kburi li rrappreżenta lir-Russja f’żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja kif ukoll f’żewġ Kampjonati Ewropej.