Napoli nteressati f’David Luiz

    Il-club Taljan tas-Serie A, Napoli, jinsab interessat fid-difensur ta’ Chelsea, David Luiz.

    Il-Brażiljan reġa’ ngħaqad ma’ Chelsea mingħand PSG għal €36 miljun fis-sajf 2016. Huwa għen lill-Blues jirbħu t-titlu tal-Premier League fl-2016-17 iżda tilef post regolari matul l-istaġun li għadda biex b’kollox lagħab 17-il partita fil-kompetizzjonijiet kollha.

    Il-player ta’ 31 sena diġá rrifjuta offerta minn Porto minħabba li fil-passat huwa lagħab mar-rivali eterni, Benfica.

    Jekk ma jirnexxielhom jiffirmaw lil David Luiz, Napoli jistgħu jmorru għal Angelo Ogbonna ta’ West Ham.