Jean Michel Seri qrib li jingħaqad ma’ Fulham

    Fulham jinsabu viċin li jiffirmaw lill-midfielder ta’ Nice, Jean-Michael Seri, għal €40 miljun.

    Fulham, li ġew promossi għall-Premier League, qablu li jħallsu l-klawsola tal-midfielder internazzjonali Ivorjan fejn in-negozjati mistennija li jiġu konklużi fi tmiem il-ġimgħa li ġej.  

    Il-player ta’ 26 sena gibed l-interess ta’ Chelsea iżda Fulham aġixxew malajar biex jiffirmaw lil Seri biex se jsir l-ewwel akkwist tal-klabb matul dan is-sajf.