Manchester City irrabjati għal Napoli

    Manchester City huma rrabjati għall-president ta’ Napoli, Aurelio De Laurentiis, li stqar li l-mira ewlieni tagħhom, Jorginho, ser jingħaqad ma’ Chelsea.

    Is-City qed iħossuhom li ġew traduti minn Napoli hekk kif ġimgħatejn ilu kienu qablu dwar ftehim mal-klabb tas-Serie A għat-transferiment ta’ €55 miljun għall-firma ta’ Jorginho.

    Chelsea ltaqgħu ma’ De Laurentiis, nhar it-Tnejn li għadda, biex jitkellmu fuq it-termini ta’ kumpens għall-ftehim ta’ Sarri biex iħalluh jingħaqad mal-Blues.

    Chelsea qalu lil Napoli li huma lesti li joffru €57 miljungħall-plejer ta’ 26 sena kif ukoll €8 miljun għall-kumpens ta’ Sarri biex iġibuhom fi Stamford Bridge.