Xherdan Shaqiri pass ‘il bogħod minn Liverpool

    Liverpool huma f'taħditiet biex jiffirmaw lill-attakant internazzjonali Svizzeru ta’ Stoke, Xherdan Shaqiri, u huma lesti li jħallsu l-klawsola tar-release tiegħu - €14-il miljun.

    Shaqiri ssieħeb ma’ Stoke mingħand Inter, f'Awwissu 2015, għal €13-il miljun liema somma hija rekord tal-club. U minkejja li l-Potters sfaw relegati, Shaqiri spiċċa l-aħjar skorer tagħhom.