Paul Singer viċin li jkun is-sid ta’ AC Milan

    Il-fundatur ta’ Elliot Management, Paul Singer, huwa meqjus biex isir il-president il-gdid ta’ AC Milan.

    Is-sid kurrenti, Yonghong Li, ħa r-responsabbiltá  tar-Rossoneri lura fis-sajf tal-2016.

    Iżda l-wirjiet fil-ground xorta ma tjiebux taħt it-tmexxija tiegħu minkejja li nefqu aktar minn €150 miljun bil-konsegwenza li spiċċaw fis-sitt post matul l-istaġun.

    Għaldaqstant kollox jinsab lest  biex Singer ikun is-sid il-ġdid ta’ Milan, aktar u aktar hekk kif kif  Yonghong għadu ma’ ħallasx id-dejn ta’ €32 miljun.