Aperol Spritz fil-Belt Valletta

    Il-Belt ipprovdiet xenarju mill-aqwa għall-‘Aperol Spritz in the City’, avveniment li ttella’ l-Ġimgħa li għaddiet fil-belt kapitali, fi tliet pjazez ewlenin: Pjazza Teatru Rjal, Pjazza San Ġwann u Pjazza Repubblika. Kull min attenda dan l-avveniment seta’ jsegwi numru ta’ esperjenzi marbutin maċ-ċinema klassika Taljana, l-arti, il-mużika, u d-divertiment.

    Claudia Attard, Aperol Brand Manager ta’ Farsons Beverage Imports Company Limited, qalet li, “L-Aperol Spritz qed ikompli jwassal avvenimenti ta’ divertiment innovattiv f’Malta. Matul l-Aperol Spritz in the City offrejna serata rilassanti u divertenti f’postijiet differenti madwar il-Belt. Kemm bil-logħob, bil-mużika live, billi jsegwu artist waqt xogħlu, kif ukoll billi jaraw film klassiku Taljan, dawk kollha li ħadu sehem iltaqgħu biex igawdu l-ispirtu mill-aqwa li hu assoċjat miegħu l-Aperol Spritz.”

    L-avveniment Aperol Spritz in the City tmexxa minn Nate, Frank u Rossi ta’ Vibe FM, l-ambaxxaturi tal-marka, li ppreżentaw numru ta’ attivitajiet, inkluża dik Amfibja fl-Għadira. L-avveniment sar bl-appoġġ ta’ Café Teatro, Kantina Café Wine u Caffe Cordina. 

    L-Aperol hu impurtat, irreklamat u mqassam f’Malta mill-Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited, membru tal-Grupp Farsons.