ARA: Ir-reazzjoni tal-Maltin ġewwa Spinola mal-ewwel gowl tal-Ingilterra

    Hekk kif wara biss ħames minuti logħob l-Ingilterra fetħu l-iskor u ħadu l-vantaġġ fuq it-tim Kroat, bosta Maltin li kienu miġburin fi Spinola ma naqsux milli jinfexxew f'atmosfera ta' brijju.

    M'għandniex xi ngħidu minkejja li għad baqa' ħafna ħin x'jintlab, dan il-gowl jagħti n-nifs lil bosta partitarji Ingliżi hekk kif dan il-gowl jista' jkun biżżejjed biex it-tim tagħhom isib ruħu fil-finali fejn fl-aħħar partita kontra t-tim Franċiż jaf joħorġu rashom mgħollija bir-rebħ tat-tazza tant prestiġġjuża.

    Filmat: Claudio Coleiro