Talbu snin ta’ sagrifiċċji mill-ħaddiema ta’ Fiat iżda nefqu l-miljuni fuq Ronaldo… il-ħaddiema ta’ Fiat se jistrajkjaw

    L-aħbar li l-klabb tal-futbol Juventus xtraw lil plejer Portugiż Ronaldo għal aktar minn €100 miljun xejn ma niżlet tajjeb mal-ħaddiema ta’ Fiat li jaħdmu fl-impjant fil-belt ta’ Melfi.  Il-ħaddiema flimkien mal-union li tirrappreżentahom iddikjaraw li l-ħaddiema f’dan l-impjant u ħaddiema oħra ilhom snin jintalbu jagħmlu sagrifiċċji fejn jidħlu pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol. 

    Unione Sindicale di Base ħarġet stqarrija u fiha iddikjarat  li se jittieħdu azzjonijiet industrijali bejn il-15 u s-17 ta’ Lulju. 

    “Hu inaċċettabbli li għal snin sħaħ il-ħaddiema ta’ Fiat Chrysler Automobiles u ta’ Case  and New Holland Industrial (CNHI) intalbu jagħmlu sagrifiċċji ekonomiċi u imbagħad il-kumpanija tagħżel li tonfoq miljuni ta’ ewro fuq plejer tal-futbol”.

    Ronaldo inxtara għal madwar $117 miljun li hu rekord finanzjarju għas-Seria A Taljana.  Il-klabb taljana qed iħallas €12-il miljun fi ħlas lil plejer għal erba snin.  Dan ifisser ħlas ta’ €30 miljun fis-sena, jew aktar minn €600,000 fil-ġimgħa. Prattikament Ronaldo se jkun qed jitħallas ftit aktar minn €89,000 kull jum.