Iweġġa' gravi wara li jaqa' minn fuq bejt ta' fabbrika

    Raġel mill-Imtarfa sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ mill-għoli. L-inċident seħħ fi Triq id-Durumblat, il-Mosta, għall-ħabta tad-9.20 a.m.

    Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li r-raġel, ta’ 29 sena mill-Imtarfa, kien qed jagħmel xi xogħol fuq bejt ta’ fabbrika, meta waqa’ minn għoli ta’ madwar sular.

    Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.