Il-bandiera LGBTIQ kontroversjali fir-Russja… grupp ta’ attivisti iffurmawha xorta b’mod innovattiv

    Fir-Russja illegali li tixxejjer il-‘Pride Flag’, il-bandiera li tissombolizza l-moviment favur li persuni LGBTIQ ikollhom id-drittijiet u d-dinjità bħal persuni oħrajn.

    Imma grupp ta’ attivisti sabu mezz ieħor kif jagħmlu dan fir-Russja stess. Sabu mod innovattiv u li  ma jistgħux jittieħdu passi kontrihom. Dawn libsu l-flokkijiet tat-tim nazzjonali Spanjol, Olandiż, Brażil, il-Messiku, l-Arġentina u l-Kolombja, u bihom iffurmaw xorta waħda il-kuluri tal-bandiera li tħloq kontroversja fir-Russja.  Dawn semmew il-proġett tagħhom ‘Il-bandiera sigrieta’.