Attivisti jimblukkaw l-entratura tal-Ministeru tat-Trasport f’Ruma

    B’rabta mal-kontroversja li għaddejja fejn ingħalqu l-portijiet ta’ Malta u l-Italja għall-għaqdiet umanitarji li jsalvaw l-immigranti, attivisti tan-network #RestiamoUmani dalgħodu mblukkaw l-entratura tal-Ministeru tat-Trasport f’Ruma.

    Aktar minn 50 attivist qed jisħqu li l-pajjiżi m’għandhomx jieħdu miżuri li jistgħu jwasslu għall-għarqa tad-dgħajjes bl-immigranti u li s-salvataġġ fuq il-baħar huwa dmir u mhux reat.