Il-Qorti taċċetta li l-Kaptan tal-Lifeline iżur lil ommu fil-Ġermanja

    Il-Kaptan tal-vapur MV Lifeline Claus Peter Reisch deher il-Qorti dalgħodu fejn ra it-talba tiegħu tiġi aċċettata biex aktar tard dan ix-xahar ikun jista’ iżur lil ommu fil-Ġermanja.

    Il-kaptan Reisch deher quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud dalgħodu fejn ingħata digriet dwar it-talba li għamel biex aktar tard dan ix-xahar, meta ommu tagħlaq 93 sena, jitħalla jmur jaraha fil-Ġermanja taħt diversi kundizzjonijiet fejn fost l-oħrajn ġie mitlub jipprovdi kopja tal-biljetti, jieħu ġurament u jiddepożita ħamest elef ewro.

    Intant ilbieraħ sar l-aċċess fuq il-vapur li jinsab irmunkat max-Xatt tal-Isla fiż-żona ta’ Boiler Wharf fejn Uffiċjali tal-Pulizija mill-Għassa tal-Belt u mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet flimkien mal-esperti tal-Qorti, telgħu abbord il-vapur MV Lifeline.

    Il-kawża ġiet differita għat-tletin ta’ Lulju.