Ingilterra kontra l-Kroazja bin-numri… ikkalkulat li se jinxtorbu 18-il miljun pinta birra

    Il-logħba bejn l-Ingilterra u l-Kroazja qed titqies bħala waħda mill-aktar logħbiet li se tiġġenera interess u kummerċ. In-numri li qed jiġu ikkwotati huma impressjonanti.

    Filfatt qed jingħad li din is-semi finali se tiġġenera xejn inqas minn £550 miljun f’infieq minn konsumaturi, xorb u oġġetti oħra relatati mal-futbol.

    Hu kkalkulat li xejn inqas minn 30 miljun persuna mir-Renju Unit se jsegwu din is-semifinali.  Forsi mistoqsija li ħafna qed jagħmlu hi dik ta’ kemm se tinxtorob birra.  Qed jiġi kkalkulat li se jinxtorbu xejn inqas minn 18-il miljun pinta. 

    F’Hyde Park hu mistenni li jkun hemm  xejn inqas minn 30,000 li se jsegwu l-logħba fuq screen ġgantesk.