Anzjan midrub wara li ttajjar minn vettura f'Ħal Qormi

    Anzjan indarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8.30 a.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq il-Belt Valletta Ħal Qormi.

    Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 79 sena residenti Ħal Qormi għal xi raġuni safa’ milqut minn vettura tat-tip Toyota Corolla misjuqa minn ġuvni ta’ 26 sena residenti fl-istess lokalità.

    Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjan lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

    L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.