Jindarab gravi wara li pprova jwaqqaf ħalliel li daħal biex jisirqu

    Sid ta’ ħanut indarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-3.15 a.m pprova jwaqqaf ħalliel li daħallu fil-ħanut li jinsab fi Triq il-Kunċizzjoni fil-Ħamrun.

    Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-ħalliel allegatament sgassa tieqa biex jisraq u li  s-sid tal-ħanut, raġel ta’ 37 sena safa’ aggredit permezz ta’ arma li taqta’ u bil-ponta hekk kif pprova jwaqqaf lill-ħalliel. Il-ħalliel irnexxielu jaħrab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.

    Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sid l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

    L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.