Is-sitwazzjoni lura għan-normal fi ftit minuti wara allegat argument fiċ-Ċentru Miftuħ tal-immigranti fil-Marsa

    Il-Pulizija kkonfermat ma' dan is-sit li wara li aktar kmieni, proprju ftit tal-minuti ilu rċeviet rapport dwar xi forma ta' argument jew ġlied fiċ-Ċentru Miftuħ tal-immigranti fil-Marsa, għadd ta' uffiċjali mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit intervjenew biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

    Irriżulta li fi ftit minuti is-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal u filwaqt li kkonfermat li ħadd ma weġġa' waqt dan l-allegat argument, il-pulizija żiedet tgħid li ma kien hemm bżonn ta' ebda arrest mal-wasla tal-pulizija.