Is-sidrija ta' Gareth Sothgate se ssib ruħha fil-mużew ta' Londra?

    Is-sidrija tal-kowċ Ingliż Gareth Southgate hija mixtieqa ferm mill-mużew prestiġjuż li hemm fil-belt kapitali Londra.

    Southgate sar l-eroj nazzjonali fl-Ingilterra wara li wassal lit-tim nazzjonali sal-aħħar erbgħa tal-kompetizzjoni, xi ħaġa li huma ilhom ma jagħmlu sa mill-1990.

    Sadanittant Southgate sar l-idolu tan-nisa Ingliżi li jqisuh bħala raġel attraenti u anke jilbes b’mod pulit. Ditta partikolari Ingliża li tissupplixxi l-ħwejjeġ tat-team Ingliż, tinsab kburija li rnexxielha tagħmel il-prodott tagħha popolari anke minħabba l-fatt li l-istess sidrija ta’ Southgate għandha miktub fiha l-kliem ‘It’s Coming Home.’

    Bosta oħrajn sostnew li Southgate qed ikompli t-tradizzjoni ta’ diversi Ingliżi li jaraw fis-sidrija bħala tibdila ideali u ferm eleganti għal diversi okkażjonijiet.