Fabio Capello jfaħħar lil Jordan Pickford

    L-ex kowċ tat-team nazzjonali Ingliż Fabio Capello sostna li sa fl-aħħar l-Ingliżi għandhom goalkeeper li kapaċi jilqa’ u jwettaq saves brillanti. Il-kowċ Taljan kien qed jirreferi għall-goalkeeper żagħżugħ Jordan Pickford illi spikka f’din it-Tazza tad-Dinja s’issa.

    Pickford iddebutta mat-Three Lions seba’ xhur ilu u minkejja li kien id-dell ta’ Joe Hart, issa sab postu mal-ewwel 11 tal-kowċ Gareth Southgate u qed jirriżulta bħala deċiżiv fil-partiti kruċjali li t-team lagħab.

    Capello kellu kliem ta’ tifħir għal din l-iskwadra li s’issa waslet sas-semi-finali ta’ din il-kompetizzjoni fejn illejla jaffrontaw lill-Kroazja.

    Huwa faħħar ukoll is-sistema ta’ Southgate fejn qed jilgħab bi tliet difensuri fuq wara u jemmen li t-team jista’ jasal saħansitra sal-finali ta’ dan l-avveniment.