Ir-relazzjoni bejn Mbappe u Neymar xejn m'hi tajba

    Jidher li l-player Franċiż Kylian Mbappe ma tantx jara għajn m’għajn ma’ Neymar fit-team ta’ Paris St Germain. Fil-fatt jidher li kemm dan tal-aħħar kif ukoll il-kollega l-ieħor Brażiljan Dani Alves bdew jirredikolaw lill-player ta’ 19-il sena għall-ġirja li għandu u anke pparagunawh ma’ karattru tal-cartoons.

    Dan kollu ma niżel xejn mal-player innifsu u anke ma’ missieru u jingħad li darba minnhom iż-żewġ players kienu ser jiġu fl-idejn wara sessjoni ta’ taħriġ.

    Xi kritiċi qed isostnu li wieħed bejn Mbappe u Neymar ser jitlaq minn mal-klabb Pariġin sabiex jingħaqad ma’ Real Madrid fi Spanja.