Possibbiltá li Marco Asensio jista’ jingħaqad ma’ Liverpool

    L-agent tal-istilla ta' Real Madrid u l-internazzjonali Spanjol, Marco Asensio, stqarr li l-klijent tiegħu jista’ jinghaqad ma’ Liverpool matul dan is-sajf.

    Rapporti fi Spanja qed isostnu li rappreżentanti miż-żewġ klabbs iltaqgħu bil-possibbiltá li l-plejer ta’ 22 sena imur jilgħab f’Anfield.

    Asensio nnifsu stqarr li jixtieq jingħaqad mar-Reds hekk kif irid jilgħab aktar b’mod regolari.

    Iżda l-prezz tiegħu huwa dak ta’ €178 miljun liema somma Liverpool mhumiex lesti li jħallsu.