Riyad Mahrez jingħaqad ma’ Manchester City

    L-attakkant internazzjonali Alġerin ta’ Leicester City, Riyad Mahrez, ingħaqad ma’ Manchester City għal €75 miljun.

    Huwa mistenni li jkollu salarju ta’ €225,000 fil-ġimgħa b’kuntratt għall-ħames snin li ġejjin u b’għażla li jġedded il-kuntratt.

    Il-Player tal-PFA tal-2016 ried jingħaqad mas-City f’Jannar li għadda iżda Leicester irrifjutaw kull offerta għal dan il-plejer ta’ 26 sena.