Arsenal iħabbru l-firma ta’ Lucas Torreira

    Arsenal ħabbru li ffirmaw lill-midfielder ta’ Sampdoria, Lucas Torreira.

    Dan il-plejer ta’ 22 sena kien jifforma parti mill-iskwadra tal-Urugwaj fit-Tazza tad-Dinja li ġiet eliminata minn Franza fil-kwarti-finali.

    Il-Gunnersħallsu madwar €25miljun.

    Il-manager ta’ Arsenal, Unai Emery, qal fuq il-websajt ufficjali li “F’Luca Torreira, iffirmajna player żgħir li għandu talent kbir u midfielder ta’ kwalitá unika.

    “Matul dawn l-aħħar sentejn segwejtu jilgħab għal Sampdoria u għaldaqstant ninsab sodisfatt ħafna li se jilgħab għalina.”