Paris St Germain joffru €270 miljun għal Coutinho

    Paris St Germain offrew €270 għall-firma tal-midfielder internazzjonali Brażiljan, Philippe Coutinho, sitt xhur wara li ngħaqad ma’ Barcelona.

    Il-plejer ta’ 26 sena kien issieħeb f’Jannar li għadda mingħand Liverpool għal €160 miljun.

    Ir-rappreżentanti tal-klabb diġá kellhom diskussjonijiet ma’ Coutinho u l-aġent tiegħu biex jibdew in-negozjati neċessarji.