“Heat wave” fi tmiem il-ġimgħa

    Fi tmiem din il-ġimgħa mistennija sħana kbira li ġejja mill-kontinent Afrikan bl-aktar pajjiż affettwat hu l-Alġerija b’temperatura ta’ ‘l fuq minn 50 grad celcius.

    Din is-sħana deskritta bħala waħda “infernali” għalkemm f’Malta mhux mistennija li jkollha l-istess temperaturi Afrikani, it-temperatura f’pajjiżna mistennija taqbeż il-35 grad celcius.

    Is-servizz indipendenti tat-tbassir tat-temp www.firstmalta.com irrapporta li s-Sibt li ġej, 14 ta’ Lulju, f’Malta u l-bqija tal-Mediterran Nofsani se jkollna mewġa ta’ sħana, magħrufa aktar bit-termini heat wave li bħalissa qiegħda fl-Afrika ta’ Fuq.

    Għal dan il-għan il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jieħu kull tip ta’ prewkazzjoni għal saħħithom li jinkludu: xorb tal-ilma, lbies adattat bi kpiepel, kmiem u qliezi twal ta’ drap ħafif u kulur ċar, sunblock u fejn hu possibbli jevitaw li jkunu fix-xemx fis-sigħat qawwija tax-xemx.