It-12-il tifel Tajlandiż u l-kowċ tagħhom jinħelsu lkoll mill-għar mgħarraq

    It-12-il tifel li kienu membri ta’ tim tal-futbol Tajlandiż u li kienu ilhom maqbudin f’għar mgħarraq għal aktar minn ġimagħtejn inħelsu kollha. L-aħħar subien dehru jinġarru mill-bokka tal-għar Tham Luang Nang Non fuq streċers biex jittieħdu għall-kura l-isptar.

    Il-kowċ, ta’ 25 sena, li kien qed jakkumpanjahom ukoll inħeles.

    B’kollox kien hemm 19-il bugħaddas li ħadu sehem fl-aħħar fażi tal-operazzjoni ta’ salvataġġ. F’din l-operazzjoni tilef ħajtu bugħaddas Tajlandiż.