ARA: Il-pont tal-Marsa bi ħtieġa ta' attenzjoni

    Waqt li għaddejjin diversi proġetti infrastrutturali fit-toroq Maltin, inkluż il-proġett li diġa’ nbeda tal-Marsa-Ħamrun bypass, diversi qarrejja lmentaw ma’ Inewsmalta dwar in-negliġenza apparenti tal-istruttura tal-pont li hemm biswit dan il-proġett. Evidenti huma x-xbieki tal-ħadid taħt l-istess pont u diversi xquq oħra.

    Wieħed jawgura li kemm jista’ jkun malajr tinbeda ħidma biex din l-istruttura tingħata wkoll l-attenzjoni li jixirqilha.