Heat wave fil-Lvant tal-Kanada tħalli mill-inqas 70 persuna mejtin

    Sħana tremenda f’Quebec, fil-Lvant tal-Kanada, ħalliet mill-inqas 70 persuna mejta. Dan kien ikkonfermat minn uffiċjali tas-saħħa kanadiżi.

    Erbgħa u tletin tal-fatalitajiet seħħew f’Montreal, saħaq il-Ministru għas-Saħħa tal-provinċja f’kummenti li għadda lill-aġenzija tal-aħbarijiet AFP.

    Il-Lvant tal-Kanada ilu maħkum minn din il-heatwave qawwisa sa mill-bidu ta’ Lulju, madankollu żieda fl-imwiet kaġun tas-sħana kienet irreġistrata biss f’Quebec.

    Fl-2010 madwar 100 persuna fiż-żona ta’ Montreal kienu mietu kaġun ta’ temperaturi għoljin.