Anzjana ssofri ġrieħi gravi wara li tintlaqat minn żiemel waqt tiġrija fir-Rabat Għawdex

    Mara anzjana sofriet ġrieħi gravi wara li sfat milquta minn żiemel waqt it-tiġrijiet taż-żwiemel fir-Rabat Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.00 p.m. tal-bieraħ fi Triq ir-Repubblika.

    Hekk kif il-Pulizija marru fuq il-post sabu lill-mara, ta’ 72 sena residenti r-Rabat Għawdex, mitluqa mal-art. Jidher li l-anzjana sfat feruta wara li aktarx intlaqtet waqt it-tiġrija taż-żwiemel li żvolġiet ilbieraħ.

    Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qd issofri minn ġrieħi gravi. Aktar tard hija ġiet trasferita fl-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

    L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.