Ħruq kbir fil-ġilda minħabba żurżieqa li saħnet f’temp sħun

    Każ li qajjem sensazzjoni fl-Istati Uniti kien jirrigwarda tifla li marret ma’ ommha f’bandli f’park partiklari. Hi spiċċat bi ġrieħi f’kuxxtejha wara li ż-żurżieqa li marrt fuqha kienet saħnet sew bix-xemx.  Iż-żurżieqa hi tal-plastik.  Ħafna bdew jirrimarkaw li dan hu periklu moħbi u tajjeb li jkun investigat. Il-każ seħħ f’John Anderson Park f’Missouri fl-Istati Uniti.