Kelb ifarrak wiċċ ta’ tifel ta’ sentejn

    Tifel, Joshua Mann, ta’ sentejn kellu bżonn jagħmel madwar 200 punti f’wiċċu wara li ġie aggredit mill-kelb tan-nanniet tiegħu.

    Huwa għamel numru kbir ta’ kirurġija f’wiċċu imma minkejja dan avżawh li l-feriti ħa jibqgħu jidhru.

    Ommu, Lisa Mann, 23, tkellmet dwar ix-xokk tagħha meta rat it-tifel tagħha fl-isptar. "Jiena ħsibt li se jmut. Huwa ħares lejja b'ħafna uġigħ,"qalet.

    L-attakk seħħ nhar is-Sibt meta Joshua kien fil-farm tan-nanniet tiegħu f'Andoversford, ħdejn Cheltenham.

    “Kulma ridt nagħmel huwa li nżomm ftit il-kelb,” qal Joshua. 

    Mistoqsija tiddeskrivi l-feriti tat-tifel tagħha, ommu qalet li wieħed seta’ jara dritt mill-ħaddejn sas-snien. Huwa kellu ukoll feriti f’għonqu li kienu proprju ftit millimetri ‘l bogħod mill-arterja ewlenija li ġġorr id-demm lejn il-moħħ.

    Il-kelb, wara dan l-inċident, ġie mraqqad.