Omm tgħix b’marda misterjuża

    Corra Connell, omm ta’ 30 sena,  ilha għal dawn l-aħħar tminn snin tgħix b’marda li lanqas it-tobba għadhom ma sabu dijanjożi għaliha.

    Hija tgħix b’kundizzjoni li ma tistax iċċalaq la saqajha u qas idejha u tista’ titkellem biss bi ftit kliem.

    Kollox beda qabel it-tqala tagħha fejn bdiet issofri minn rata tal-qalb għolja u vista mċajpra. Fil-fatt hija tgħid li ħames xhur wara li nqabdet tqila waqfet tara.

    Wara li welldet it-tifla tagħha Kyra, il-kundizzjoni nfirxet lejn saqajha fejn ħallitha bla saħħa u spiċċat fuq siġġu tar-roti.

    Ommha tiddeskrivi lil Corra bħala tifla li dejjem kienet motivata biex tagħmel ħafna affarijiet u kienet ukoll tħobb tisfen u tilgħab.

    Imma issa anke l-affarijiet sempliċi ta’ kuljum spiċċaw impossibbli li jitwettqu, fosthom tqum fuq saqajha jew tgħannaq lil bintha.