Tmut it-tarbija li kienet abbandunata u li ħadet ħsiebha Pulizija

    It-tarbija li kienet instabet ftit jiem ilu ġo basket tal-plastik f’belt fl-Indja, spiċċat mietet.  It-tarbija kienet issemmet għal Ministru ġdid li laħaq.  Il-każ kien qajjem interess kbir għax din it-tarbija spiċċat tieħu ħsiebu Pulizija mara fl-għassa.  Jidher li l-kawża tal-mewt kienet ‘Sepsis Meningitis’.

    It-tarbija li meta instabet kienet għadha kif twieldet kienet tiżen 2.2 kilo.

    Dan il-każ kien seħħ f’Bengaluru fl-Indja. Dan hu post li fih ħafna trabi, ikunu abbandunati. It-tarbija inkwistjoni kienet abbanduanta f’sit tal-kostruzzjoni. It-tarbija kienet fi stat xejn tajjeb. Il-kurdun kien imdawwar m’għonqha u kienet għadha mimlija bid-demm.  Wara li l-Ispettur Nagesh ħa lit-tarbija l-isptar u ra li kollox xew, hu ħa t-tarbija fl-istazzjoni sakemm jiġi deċiż x’għandu jsiru. Hawnhekk Pulizija mara bl-isem ta’ Archana inġibdet lejn it-tarbija.

    Jidher li f’ħin minnhom it-tarbija bdiet tibki. Il-kundizzjoni tagħha b’mod partikolari in-nuqqas ta’ ikel kienu qed jipperikolaw ħajjet it-tarbija. Archana kienet qalet li “ma stajtx nissapporti aktar. Ħassejt li kienet qisha binti qed tibki. Iddeċidejt li nredda lit-tarbija jien stess. It-tarbija, tifel, qed jitqies li ġie salvat grazzi għal ħalib ta’ din l-omm. It-tarbija ingħatat l-isem ta’ ‘littel Kumaraswamy’, li hu l-isem ta’ Ministru ġdid fl-Indja.