Il-Ġappuniżi mfaħħrin għall-mod ta' kif aċċettaw telfa fl-aħħar minuta

    Wara t-telfa tal-bieraħ, il-Ġappuniżi u s-sapporters tagħhom setgħu għażlu li jħallu l-pajjiż u warajhom iħallu mandra, iżda mhux talli ma kienx il-każ, iżda talli ħallew kullimkien nadif xummiema u ħallew grazzi miktuba bir-Russu fil-kamra fejn ibiddlu l-plejers.

    Il-kowċ tat-tim Ġappuniż kellu kliem ta’ tifħir għal dawk kollha li baqgħu jemmnu fit-tim nazzjonali u li b’hekk baqgħu jemmnu sal-aħħar anke jekk sfortunatament kellhom jispiċċaw barra mill-kompetizzjoni b’gowl li ħalla lil dawk kollha preżenti bla kliem, gowl li saħansitra kien l-aħħar azzjoni tal-logħba tant missielta mill-plejers Ġappuniżi.

    Il-Ġappuniżi rnexxielhom jieħdu l-logħba f’idejhom permezz ta’ żewġ gowls, iżda l-Belġjani minkejja li nħasdu b’dan l-iskor ma naqsux milli jirreaġixxu u b’sostituzzjoni doppja f’waqta, il-kowċ Belġjan irnexxielu joħroġ rebbieħ biex b’hekk issa jaffronta lit-tim Brażiljan fil-kwarti tal-finali.