ROCK IN THE SKY PYROMUSICAL SHOW

    Il-logħob tan-nar sinkronizzat issa sar parti integrali miċ-ċelebrazzjonijietorganizzati mill-Mount Carmel Band Club waqtil-festa tal-patruna tagħhom, il-Madonna taħt it-titlu tal-Karmelu.

     

    Wara s-suċċessi miksuba fl-aħħar snin, in-nies tal-Gżira saru jistennew dan l-ispettaklu bil-ħerqa, u mhux huma biss għax fost il-folla miġbura x-xatt wieħed ikun jista’ jinnota ħafna li jinżlu l-Gżira apposta għal dan l-ispettaklu mill-isbaħ.

     

    Għal din is-sena, il-kumitat reġa’ ħalla f’idejn iż-żgħażagħ li bl-entużjażmu tas-soltu reġgħu daħlu għal biċċa xogħol iebsa biex joħolqu spettaklu jekk jista' jkun isbaħ minn tas-sena l-oħra.

     

    Il-kumitat m'għandu ebda dubju li ż-żgħażagħ tiegħu jilqgħu din l-isfida, jipproduċu l-aqwa possibbli u jagħmluna kburin bihom. Wieħed ma jistax ma jsemmix il-kapaċità eċċezzjonali ta' Matthew Calleja li rnexxielu jlaqqa’ biċċiet mill-mużika popolari ta' Queen, ACDC, Bon Jovi u Survivor,li għandhom iqajmu l-entużjażmu ta’ dawk li jattendu.

               

    Għaldaqstant nistidnukom biex nhar is-Sibt, 7 ta’ Lulju tinġabru x-xatt fil-11 p.m. biex magħna tapprezzaw dan ix-xogħol mill-isbaħ.