LifeCycle Challenge tippreżenta l-flokk ġdid għall-2018 lil Foster Clark

    Waqt is-sessjoni ta’ taħriġ tal-Ħadd filgħodu kmieni, grupp ta’ 20 ċiklist tal-LifeCycle Challenge flimkien mal-backup team, ippreżentaw il-flokk ġdid għall-2018 lill-Kap tar-Riżorsi  Umani ta’ Foster Clark, Steve Vella. Foster Clark hi l-isponsor ewlieni tal-Foster Clark LifeCycle Challenge 2018 għat-tieni sena konsekuttiva.   

    Il-fundatur tal-Fondazzjoni LifeCycle (Malta), Alan Curry irringrazzja lil Foster Clark għall-appoġġ tagħhom. Hu sostna li “l-ħidma tagħna flimkien ma’ Foster Clark, kumpanija Maltija stabbilita sew u b’pożizzjoni b’saħħitha fil-pajjiżi tal-Golf, fost reġjuni oħra, għenitna fl-organizzazzjoni tal-LifeCycle Challenge ta’ din is-sena. L-isfida se tieħu lill-parteċipanti  f’Dubaj, u minn hemm se jaqdfu lejn Salalah fin-Nofsinhar ta’ Oman.”

    Il-Fondazzjoni LifeCycle (Malta) qiegħda tiċċelebra l-20 anniversarju tagħha mindu twaqqfet mis-Sur Curry. Biex twettaq il-missjoni tagħha, il-Fondazzjoni LifeCycle toffri sfida iebsa ta’ ċikliżmu, kull sena f’pajjiżi differenti biex tiġbor il-fondi meħtieġa. Din l-isfida ssir biex jinxtara apparat li jgħin persuni li qegħdin ibatu minn problemi fil-kliewi, kif ukoll biex tqajjem kuxjenza dwar il-ħtieġa ta’ trapjanti tal-organi f’Malta.   

    Steve Vella żied jgħid: "Ninsabu kburin li Foster Clark qed tkun ta’ għajnuna għal LifeCycle Challenge. Il-ħidma, kif ukoll l-impenn kbir, li t-tim jagħmlu biex jinġabru flus ħalli jsostnu pazjenti li jbatu bil-kliewi huma ta’ min jammirahom.”

    Id-donaturi jistgħu jagħmlu l-għotja tagħhom permezz ta’ sms fuq in-numru: 5061 7370 għal €2.33; 5061 8920 għal €6.99; 5061 9229  għal €11.65; jew inkella jċemplu 5160 2020 għal €10, 5170 2005 għal €15; u 5180 2006 għal €25. Id-dettalji tal-kont tal-bank huma: Swift code VALLMTMT, IBAN number MT 18 VALL 22013000000014814521017, lil Bank of Valletta, Numru tal-Kont: 14814521017.

    Aktar tagħrif dwar donazzjonijiet fuq: https://www.facebook.com/events/306454086525755/

     

    (Ritratt: Il-fundatur ta’ LifeCycle Alan Curry jippreżenta l-flokk ġdid tal-LifeCycle Challenge 2018 lill-Kap tar-Riżorsi Umani ta’ Foster Clark Steve Vella)