Iħalli lil bintu tqaxxarlu xagħru biex ifhemha li m'hemm xejn ħażin f'li tidher differenti

    Tifla ta’ ħames snin bl-isem ta’ Malia rnexxielha tikseb il-fiduċja fiha nnifisha wara li missierha ddeċieda li jibda jidher bħalha hu ukoll.

    It-tifla bdiet tħossha ħażina wara li xi tfal bdew kontinwament jikkumentaw dwar id-dehra tagħha hekk kif hi kienet tilfet xagħra minħabba l-kundizzjoni tal-‘Alopecia’.

    F’filmat li reġa’ qiegħed jiċċirkola fl-aħħar jiem bosta kienu dawk li ammiraw lil dan il-missier li minn qoffa xagħar, iddeċieda li jħalli lil bintu tqaxxarulu kollu biex b’hekk ikunu jixtiebħu; xi ħaġa li għenet lit-tifla tifhem li m’hemm xejn ħażin f’li tkun tidher differenti.

    Fl-aħħar tal-filmat, iċ-ċkejkna tinstema’ tiddeskrivi lilha nnifisha bħala tifla kuraġġuża u sabiħa hi x’inhi l-kundizzjoni tagħha.