Waitress tingħata kumpens ta' $3 miljun wara li klijent biesha kontra r-rieda tagħha

    Waitress ingħatat kumpens ta’ $3 miljun għal ġrieħi li sofriet wara li wieħed mill-klijenti biesha b’użu ta’ forza kważi sentejn ilu.

    Filmati tas-sigurtà fir-restorant Scarpetta, f’Philadelphia, juru lil Gregory Englesbe jiffastidja lil Kristin Lisi dakinhar li seħħ l-inċident fis-7 ta’ Ottubru tal-2016. Il-ġurija semgħet kif dakinhar, Englesbe kien fil-kumpanija ta’ grupp fir-restorant rinomat. F’put minnhom kaġun tal-konsum eċċessiv tal-alkoħol tant bdew jagħmlu storbju li ntalbu jkomplu jieklu f’kamra privata.

    Jidher li kien proprju f’dan il-punt li Englesbe qal lit-tfajla li kien jippretendi li tbusu wara li din kienet ilha tgħaddi minn ħdejh għal diversi drabi.

    Lisi spiċċat biex sofriet ġrieħi f’nerv f’ġisimha kaġun ta’ cufflink li kien liebes ir-raġel. Lisi rrapportat l-inċident lill-maniġment, li min-naħa tagħhom ċemplu lill-pulizija.

    Wara deliberazzjoni li damet għaddejja għal erbgħa sigħat, il-ġurija ddeċidiet li tikkumpensa lit-tfajla s-somma ta’ $3 miljun.