ARA: Kieku int tibża?!

    Grupp ta’ persuni li kienu fuq kayak f’bajja fl-Isle of Man, fir-Renju Unit, ħadu l-qatgħa ta’ ħajjithom wara li kelb il-baħar kbir beda jgħum u jdur mal-bċejjeċ tal-baħar b’ħalqu miftuħ. B’xorti tajba iżda l-kelb il-baħar kien tar-razza ‘basking shark’, li mhuwiex magħruf li jattakka lill-bniedem.

    L-esperjenza, miġbuda permezz ta’ filmat minn għalliema ta’ skola lokali tat-tbaħħir, damet għaddejja għal xejn inqas minn sagħtejn.

    Esperti li raw il-filmat qalu li l-kelb il-baħar kien jidher li sab roqgħa rikka bi plankton, u għaldaqstant kien qed jgħum kostantement fiż-żona b’ħalqu miftuħ biex ikun jista’ jiekol.