Maradona joffri £8,000 biex jinstab ir-raġel li “qatlu”

    Il-futboler leġġendarju Arġentin, Diego Armando Maradona, xejn ma ħadha tajjeb ix-xniegħa mxerrda li kien miet waqt il-logħba valida mit-Tazza tad-Dinja bejn l-Arġentina u n-Niġerja.

    Tant li wiegħed li jagħti rigal ta’ aktar minn £8,000 lil min jgħin biex jgħaddilu tagħrif dwar l-identità tal-persuna li xerrdet ix-xniegħa li kien miet, wara li huwa deher jiġi assistin minn tim mediku waqt li kien preżenti għal-logħba li ntlagħbet nhar it-tlieta li għadda.

    Żewġ rekordings bil-lingwa Spanjola, u li kienu rrekordjati mill-istess persuna, kienu jgħidu li Maradona miet wara li sofra attakk tal-qalb.

    Ir-rekordings tant ġrew permezz tal-Internet li saħansitra Maradona kellu jikkuntattja lis-sieħba tiegħu, Rocio Oliva, biex jaċċertaha li fil-verità kien għadu ħaj.