ARA: Il-kelb l-akbar ħabib tal-bniedem … Jaqbeż fuq sider sidu u jagħmillu s-CPR biex “isalvah”

    Ftit issib nies li jikkuntrarjawk meta tgħid li l-kelb huwa l-akbar ħabib tal-bniedem. U wara li wieħed jara dan il-filmat forsi mill-ewwel jifhem għaliex.

    Fil-filmat, kelb tal-Pulizija jidher jagħmel minn kollox biex “isalva” ħajjet sidu billi jagħmillu s-CPR. Il-kelb, li jimsu Poncho, jidher jiġri lejn sidu wra li dan jintelaq għal tulu mal-art u jibqa’ ma jiċċaqlaqx. Wara li jipprova jqajmu billi joqgħod jipprova jċaqalċu, il-kelb jidher jaqbeż ripetutament fuq sidru qabel ma jagħmel widnejh ħdejn ħalqu biex jara jekk ikunx qed jieħu nifs.

    Il-Pulizija ta’ Madrid ippubblikat dan il-filmat fuq Twitter.