ARA: L-akbar magna tal-baħar ta’ Suzuki issa f’Malta

    Suzuki Marine għadha kemm introduċiet f’pajjiżna l-mudell ġdid tagħha “DF350A", mutur tal-baħar 350 horsepower. Dan il-V6 4-stroke huwa l-ikbar u l-iktar outboard b'saħħtu li Suzuki qatt bniet sa issa.

    Dan il-mutur tal-baħar għandu bosta karatteristiċi ġodda u interessanti fosthom “direct intake system” u “dual louver system” għall-arja xotta u umda kif ukoll “dual injectors” kemm għat-tkessigħ kif ukoll għall-enerġija.

    "Sar ħafna xogħol fuq dan l-outboard u qed nistennew b'ħerqa biex naraw kif se jirrispondi s-suq. Rajna żieda fil-preferenza għall-outboards fuq kull tip ta' dgħajsa li kienu normalment jużaw stern drive jew inboard. Dan hu l-mument ideali għal dan l-outboard il-ġdid u nemmnu li se jogħġobkom," sostna Yasuharu Osawa, Executive General Manager, Global Marine & Power Products Operation, Suzuki Motor Corporation.