Iħalli l-ġenituri xxukjati mat-twelid... jitqies bħala miraklu

     

    Il-fatt li jitwieled tifel jew tifla b'deformitajiet huwa verament ta’ niket għall-ġenituri. Is-sopravivenza tagħhom fid-dinja tiddependi biss fuq l-imħabba u l-aċċettazzjoni ta' nies oħra, speċjalment il-ġenituri tagħhom.

    X'tagħmel jekk it-tarbija tiegħek titwieled b'deformità, b'mod partikolari mingħajr imnieħer?

    Il-ġenituri Brandi McGlathery u Troy Thompson kienu qed jistennew tarbija perfettament b'saħħitha iżda kienu ixxukkjati peress li t-tifel tagħhom Timothy Eli Thompson twieled qabel iż-żmien mingħajr imnieħer. Huwa twieled fl-4 ta’ Marzu, 2015, fl-Alabama, bil-kundizzjoni li jisimha Arhinia konġenitali.

    Fl-età tenera ta’ ħamest ijiem beda bl-ewwel operazzjoni sabiex ikun jista’ jieħu n-nifs b’mod normali. 

    Arhinia konġenitali hija kundizzjoni rari fejn wild jitwieled mingħajr imnieħer u partijiet mis-sistema li jiddeterminaw is-sens ta' riħa. Din il-kondizzjoni hija estremament rari, fejn wieħed minn 197 miljun ruħ ikollu din il-kundizzjoni, b'inqas minn 50 każ irreġistrati mad-dinja kollha.