Vaċċini tal-BCG jafu jkunu s-soluzzjoni għal dijabete ‘Type 1’

    Il-vaċċini tal-BCG jafu jkunu s-soluzzjoni għad-dijabetet tat-‘Type 1’. Dan ħareġ minn riċerka riċenti li saret mill-Isptar Ġenerali ta’ Massachusetts. Tliet snin wara li pazjenti ġew amministrati b’dan il-vaċċin, li tipproteġi kontra t-tuberkulożi, il-livell taz-zokkor fid-demm niżlu għal livelli meqjusin kważi normali.

    Riċerki preċedenti jissuġġerixxu li vaċċini tal-BCG jipproduċu sustanza li tipprevjeni lil ċelloli immuni milli jattakkaw lit-tessut tal-ġisem. Dijabete tat-‘Type 1’ tiżvolġi wara li l-ġisem jattakka lill-pancreas, u għaldaqstant ma jħallihiex tipproduċi l-insulina.

    Vaċċini tal-BCG jafu jżidu l-ammont ta’ glukożju li jiġu assorbiti miċ-ċelloli, b’dan iwassal il-livell taz-zokkor fid-demm biex jonqos.

    Ir-riċerkaturi tal-Isptar Ġenerali ta’ Massachusetts għamlu dan l-istudju billi analizzaw 282 pazjent, li minnhom 52 kellhom dijabete tat-‘Type1’.